Niġri w naqbeż ‘l hemm u ‘l hawn, kemm jiena cool
Interraq ‘l hemm, interraq ‘l hawn, kemm jiena cool
Indoqq f’heavy metal band, but I do not know where I stand
Ngħaddi minn ħdejk u ma nkellmekx, għax jiena cool
Ta’ bir-ruħi ma rajtekx, kemm jiena cool
Inpejjep xi sigarett, jew sigarru tal-farfett
Nilbes maskra ta’ kuljum, kemm jiena cool
Kull filgħodu malli nqum, kemm jiena cool
Ma’ ta’ barra immur tajjeb, ma’ ta’ ġewwa noħroġ il-ktajjen!
Naqdi ‘l Alla u lill-flus, kemm jiena cool
Jiena ċ-ċentru, jiena l-fus, kemm jiena cool
Nikteb diski ska u doom, fil-verita’ jien imbruljun!
Jien antikapitalist, nisrani u ambjentalist.
Insalva lid-dinja kollha, u ġo dari mietu kollha!
Nixtri l-kafe’ tal-kummerċ ġust, u l-ħalib tal-baqar kbar,
Nistudja l-arti, l-filosofija, w ta’ kuljum pornografija.
Niżra u naħsad, niffanga, nsum
Norqod, nistinka, ngħaġġel u ndum
Ngħabbi, inħott, nieħu, inrodd
Naqa’ u nqum, kemm jiena cool!
credits
from Ħabullabullojb,
track released November 14, 2014
Mark Zizza- vuċi u drums
il-Fre - Bass
Andrew 'Drinu' Micallef - Kitarra Elettrika u vuċi
Samuel Attard - Keyboards
Evan Vassallo - Kitarra Akustika
Produced, mixed and mastered by David Vella @ Temple Studios, Malta
supported by 7 fans who also own “Kemm jiena cool!!”
Dan l-album iqabbadni l-bard kull darba li nisimgħu - kull santissma darba. U minkejja l-malinkonija, iħallini b'sensazzjoni li l-mużika u l-poeżija biss kapaċi jqanqlu fija. Sensazzjoni li diffiċli tiddeskriviha. Trid tisma' l-album. Speċjalment "Għaxar Snin." adriangrima
The UK upstarts' debut veers from sunny, psychedelic folk to bristling post-punk with reckless abandon without ever missing a beat. Bandcamp New & Notable Apr 18, 2024
Sustained by seismic psych riffs, proggy shifts, and vivid sci-fi storytelling, these Milwaukee cosmonauts command respect. Bandcamp New & Notable Mar 29, 2023
A slow drip of Tropicália-infused psychedelia from New Orleans rock outfit Blue Basin: balmy one moment, aggressive the next. Bandcamp New & Notable Apr 22, 2022
Combining crooned murder ballads with raw, angsty hard rock hooks, Melbourne's The Ugly Kings are a wrecking crew well worth watching. Bandcamp New & Notable Sep 15, 2021
Shoegaze and soft psychedelia hold hands on this mellow Canadian release which features some subtly great lead guitar. Bandcamp New & Notable May 19, 2017