We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

Ħabullabullojb

by Brodu

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    Purchasable with gift card

      €10 EUR  or more

     

1.
Ħabib qed narak ftit imriegħed u kemmxejn beżgħan Jekk għajjejt jien lest nimxi miegħek, jew naqbdu ajruplan. Il-ħajja ttik bis-sieq, biss taqtax qalbek, mhux kollox sabiħ. Fejn huwa il-ferħ? Fejn hu qiegħed? Dak spiċċa u mar. Fejn huwa il-ferħ? Fejn hu qiegħed? Taf ħallejtu d-dar. Dak li għandi jien qisu tiegħek, tikkonfondi xej. Il-problemi fil-Lvant Imbiegħed, naqtagħlek id-dejn. Il-ħajja ttik bis-sieq, biss taqtax qalbek, mhux kollox sabiħ. Fejn huwa il-ferħ? Fejn hu qiegħed? Dak spiċċa u mar. Fejn huwa il-ferħ? Fejn hu qiegħed? Taf ħallejtu d-dar.
2.
Fil-Bosk 05:17
(Denis Abela fuq id-drums) Kont miexi ġo xi bosk u nara bniedem għaddej Għedtlu “ħares intlift, inti fej sejjer fej?” Qalli “ħabib jien bħalek, jiena bniedem mitluf. Ġo dan il-bosk inħossni f’ħalq il-lupu, l-ħaruf.” Għedtlu “fejn huma sħabek? Mela ħallewk l-art?” Qalli “iva telquni.” Ħeqq jiena bsart. Għax jiena ġrali bħalu baqa’ biss tifkiriet. U ġewwa dan il-bosk ix-xemgħa f’qalbi ntfiet. Ritornell: Qawwi qalbek, kompli sejjer Għax it-tama l-aħħar li tmut. Grif, dwejjaq u dmugħ, parti mir-realta’ Ajjj ajj ajj ajj aj ja ja ja ja ja ja Ma nafx x’se naqbad nagħmel fej sa nagħti rasi Ħabib aħjar nitilqek toqgħodx tagħti kasi. Għax int fittixt l-għajnuna w jiena ma tajtielekx, Anzi irringrazzja l-Alla illi bqajt ma sħittekx. U telaq w għadda ‘l hemm dal-bniedem għall-grazzja t’Alla It-tnejn bla direzzjoni, it-tnejn ponta m’Alla U issa bdejt ninkwieta għax beda’ dieħel il-lejl, U jien ta’ dan il-bosk ma kelli ebda’ kejl. Ritornell Ġol-basket kelli torċ u ħriġtha forsi nara Komplejt jiena bla ħeġġa nterraq b’pass ta’ ħmara Daqqa naħbat ġo siġra, daqqa naqa’ mal-art Komplejt jiena bla ħeġġa, bdejt immut bil-bard U f’daqqa waħda bdejt nisma għajjat ta’ festa U ħadt ir-ruħ għax fhimt illi dal-vjaġġ kien tlesta Fil-pront nara lil sieħbi ġej imkisser, għajjien Għedtlu “ħabib wasalna għall-festa! Ejja, dħalna flimkien!” Ritornell
3.
Niġri w naqbeż ‘l hemm u ‘l hawn, kemm jiena cool Interraq ‘l hemm, interraq ‘l hawn, kemm jiena cool Indoqq f’heavy metal band, but I do not know where I stand Ngħaddi minn ħdejk u ma nkellmekx, għax jiena cool Ta’ bir-ruħi ma rajtekx, kemm jiena cool Inpejjep xi sigarett, jew sigarru tal-farfett Nilbes maskra ta’ kuljum, kemm jiena cool Kull filgħodu malli nqum, kemm jiena cool Ma’ ta’ barra immur tajjeb, ma’ ta’ ġewwa noħroġ il-ktajjen! Naqdi ‘l Alla u lill-flus, kemm jiena cool Jiena ċ-ċentru, jiena l-fus, kemm jiena cool Nikteb diski ska u doom, fil-verita’ jien imbruljun! Jien antikapitalist, nisrani u ambjentalist. Insalva lid-dinja kollha, u ġo dari mietu kollha! Nixtri l-kafe’ tal-kummerċ ġust, u l-ħalib tal-baqar kbar, Nistudja l-arti, l-filosofija, w ta’ kuljum pornografija. Niżra u naħsad, niffanga, nsum Norqod, nistinka, ngħaġġel u ndum Ngħabbi, inħott, nieħu, inrodd Naqa’ u nqum, kemm jiena cool!
4.
(Justin Galea fuq il-flawt) Il-gaffa Hymac! Żul minn hemm għaliex din kollox tfarrak! Hija tgħaffġek mingħajr ebda’ ħniena, u għalik żgur li l-mewt tkun il-piena. Il-gaffa l-għodda tal-kbarat illi jmexxu did-dinja. U b’hekk huma dawn joħolqu linja bejn dawk foqra w il-ftit is-sinjuri. Warrab għax tgħaffġek! Hija ma tafx x’inhija l-imħabba, u ġo qalbna l-għadab jitrabba, lejn dil-gaffa li nħolqot mill-bniedem. Il-gaffa Hymac! Żul minn hemm għaliex din kollox tfarrak! Hija tgħaffġek mingħajr ebda’ ħniena, u għalik żgur li l-mewt tkun il-piena.
5.
Sieħbi qalli illi jħobb il-lejl Għax għalih bi nhar huwa theddida Kif jisbaħ ifeġġu d-dlamijiet U kuljum wieħed irid iweġġa’ Il-gwerra tiġġilidha fil-moħħ Kontra l-moħħ, il-ġisem u l-kuxxjenza Int tqabadt b’ħila kont kuraġġuż Iżda meta żlaqt l-għadu ma ħennx għalik Stajt għentek ħabib tibda’ ħajja mill-ġdid Jekk se tagħti l-ferħ, Int li tagħti l-ferħ, meta tagħti l-ferħ, aħseb fija. Ma nafux biex se nimlew il-vojt Żgur li ma jinteliex b’materjali Jien inħossni bniedem ivvizzjat L-ikel, l-għażż, u l-kumdita’ kieluni Bħal ma l-lejl jinbidel fin-nhar, inbdilt. Inħlist mill-mibegħda w dak kollu li jdallam Int tqabadt b’ħila kont kuraġġuż Iżda meta żlaqt l-għadu ma ħennx għalik Stajt għentek ħabib tibda’ ħajja mill-ġdid Jekk se tagħti l-ferħ, Int li tagħti l-ferħ, meta tagħti l-ferħ. Meta tagħti l-ferħ, Int li tagħti l-ferħ aħseb fija.
6.
Xi kultant nitlef ftit il-fil u ninsa minn fejn ġej, ’Il fej’ sejjer, fej’. Il-ħajja fiha tlugħ u nżul, Aktar tlugħ minn inżul, Aktar tlugħ mi’ nżul. Ma rridx ingerger, tifhimnix, tifhimnix ħażin, ingerger m’iniex. Iżda ta’ bniedem fqir li jien, Ma narax ’il quddiem, Nisħet il-ħolqien. Inpoġġi bilqiegħda ħdejk, ġiex kitarri, ġiex tazzi te. Tqabbad sigarett, u ndoqqu dan id-dwett, b’kordi mnikktin. Nintilfu għal ftit, għal ftit meħlusin. Il-kuġin qalli tinkwetax għax għal hawn m’aħniex Trid jew ma tridhiex. Ma tridx teħodha f’sens ħażin, Li jrid jgħid hi din, Li ma tridx titlef ħin. Iċ-ċimiterju q’ed viċin, jgħidulek miskin, għax fejn il-mejtin. Lili jogħgobni filgħaxija Iż-żiffa, iċ-ċipress, id-dija… Inpoġġi bilqiegħda ħdejk, ġiex kitarri, ġiex tazzi te. Tqabbad sigarett, u ndoqqu dan id-dwett, b’kordi mnikktin. Nintilfu għal ftit, għal ftit meħlusin.
7.
ix-Xagħjra 03:11
(tkanta Nadine Axisa)
8.
(jgħanni Toni Spiteri 'tal-ġebel') tribulazzjoni, tbatija bla glorja, dieqa bla qies, salib bla ħelsien. Is-sema aħmar, Skiet illi jwaħħxek Wita u trab, Nixfa u blat. Dawruk ix-xjaten, Qed iħejju l-massakru Xenarju ta’ mewt Festa ta’ telfien Iċċedix l-armi, Tqabad sal-aħħar Sa ma jaħkmuk Għal darb’ oħra jsallbuk Ma tridx tmur mal-feeling, le le la tkunx skjav!
9.
10.
l-Ismack 04:12
(arranġament ta: Ruth Abela Idoqqu l-KażinSka flimkien ma' Andrew Spiteri - Ewfonju, Ian Schembri - Alto Sax, Francesco Sultana - Kwartin) Kif nisma’ l-qanpiena tal-bieb, ninħasad, niġi niftaħlek. Ġa naf x’se tgħidli, għax issa drajt; “prova għejni, illum tal-aħħar.” Drabi bqajt sod, sikwit ċedejt, Ġieli anke wassaltek u bqajt ħdejk. Imbagħad meta tistrieħ tkun trid tibqa’ miegħi, Iżda jiena nkun irrid nitlaq’ minn ħdejk. Għaliex l-ismack tkissrek, tkissirlek moħħok żgur! L-ismack tkissrek, tkissirlek moħħok żgur. Ngħidlek id-dritt ma nafx kif int, iżda issa kuntent li sirt naf min int. Inħoss li naqblu w qegħdin fuq l-istess frekwenza, biss jiena fl-istilel ma nemminx. Immorru bilqiegħda fuq il-bank, Nisimgħek, inti tismagħni. Nitħajru nixtru xi ġelat. Hemm togħmiet differenti. L-ismack tkissrek, tkissirlek moħħok żgur! L-ismack tkissrek.
11.
l-Orjent 04:09
Jien se nwaqqaf daqsxejn hawn Għax id-dlam u xejn m’haw dawl Naqbad ħwejjġi u immur Għalkemm naf m’għandix raġun. Nirkeb fuq il-bastiment U inbaħħar lejn l-orjent Fuq il-vapur boxxla m’hemmx Direzzjoni ttina x-xemx. Ix-xemx kiefra wisq bi nhar, Ġieli anke jaqa’ ċ-ċpar L-art issa qiegħda il-bogħod Li mmur lura le m’hemmx mod Qatt ma bsart li nasal s’hawn Tlift it-tama, tlift id-dawl Inħossni bniedem spiċċut Jien għażilt illi immut.
12.
Cindirella 03:12
Cinderella what should I do? You ask me to love you, I’ll surely do. Love you You’re a diamond, you’re a diamond, diamond, diamond. Cinderella, your magic spell, your heart you give me, I’ll treat you well. Love you You’re a diamond, you’re a diamond, diamond, diamond. You’re a diamond, you’re a diamond, you’re a diamond, diamond, diamond.
13.
Feeble 03:35
and I see you walking down the road, talking to no one, feeling all alone, yeah yeah yeah ee yeah yeah yeah yeah ee yeah yeah yeah yeah ee yeah you’re my girl you’re my girl and I see you walking down the road, talking to a friend, laughing hand in hand, yeah yeah yeah ee yeah yeah yeah yeah ee yeah yeah yeah yeah ee yeah you’re my girl you’re my girl You don’t know me but I do Here to catch a glimpse of you. and I see you walking down the road, talking to no one, feeling all alone, yeah yeah yeah ee yeah yeah yeah yeah ee yeah yeah yeah yeah ee yeah yeah yeah yeah ee yeah yeah yeah yeah ee yeah
14.
He’s found on a mountain top, As they arrived, he was there and falling. Yeah, yeah yeah yeah yeah good morning before you wonder why what goes inside your head

about

Recorded at Temple Studios, Mistra, Malta
2014

credits

released November 14, 2014

Produced by David Vella and Brodu
Mixing and mastering by David Vella

Drums/Vocals – Mark Żizza
Bass – il-Fre
Keys/Backing Vocals – Samuel Attard
Acoustic Guitar/Vocals – Evan Vassallo
Electric Guitar/Backing Vocals – Andrew (aka id-Drinu)

license

all rights reserved

tags

about

Brodu Marsa, Malta

Brodu is a five piece alternative rock band from Malta, started by Mark "iz-Żizza" Abela in 2011.

Brodu's next release will be a 10 track album called Kusksu Clan in 2024

Brodu are: Mark Żizza Abela, id-Drinu, il-Fre, Samuel Attard, Chris Mallia
... more

contact / help

Contact Brodu

Streaming and
Download help

Redeem code

Report this album or account

If you like Brodu, you may also like: