We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

Bambinella

by Brodu

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    Purchasable with gift card

      €6 EUR  or more

     

1.
Neoprene 03:43
Waħdi mxabbat mal-irdum Ma kellix fej’ niggranfa Imbagħad il-messaġġ. Setgħet kienet ċajta goffa Moħħi ma tantx itini U għodosna flimkien. Inti sirt l-ankra tiegħi Il-kumplament kien jaf jistenna U għodosna fil-qiegħ. Chorus: Neoprene; ma’ ġismek indur Ma’ kull kisra u daħla Iġġebbidt, tiegħek sura ħadt. Qatt ma gdibtlek. Just ridtek. Imma tlumni jekk ingħidlek Li lanqas fl-isbaħ ħolma ma immaġinajtek. Kont dak illi ħsibt xtaqtni nkun. Chorus: Neoprene Kieku kelli ċans ieħor nagħżel materjal aħjar.
2.
Bambinella 05:43
Bambinella, din l-arja tiegħek tkun fej’ tkun. Bi ħjiel ta’ dieqa, li tgħid li tfeġġ ma’ sbieħ il-jum. Misterjuża, kulħadd jixtieq li jaf min int. U kif titbissem, jinħall is-silġ tal-qlub fl-ibliet. Fik intlift; kemm xtaqt illi bqajt ma nstabtx. Ħolma twila, nitbaskat fid-dija. U kif smajt leħnek minn quddiem id-dar, U malli lmaħt il-bixra tiegħek fil-bieb, qalbi swiedet. Bambinella, diska fuq frotta kellha tkun. Ħlewwa ta’ qalbi, weġgħa li rrid inġorr kuljum. Inti tfawwar il-ħajja, tfur bis-sbuħija; insa l-pretensjoni tal-artist! Kif tiċċaqlaq, kull nifs li tieħu; int kemm teżisti, tagħmilx wisq! Taf kemm xtaqt nerġa’ insibek lura d-dar! Iġġibli l-ilma, tgħaffiġli wiċċi, tnaddafli widnejja. U kif smajt leħnek minn quddiem id-dar, U malli lmaħt il-bixra tiegħek fil-bieb, qalbi swiedet, Ruħi mietet, ma xtaqtx nitilfek, Bambinella. Inti ħuttafa tittajjar ħielsa, tiżfen fuq l-irdum mal-mewġ tar-riħ. Ir-raxx tal-baħar, il-melħ fuq ġildtek, il-kristalli fl-arja, ix-xemx, il-ħġieġ.
3.
Żball kbir 04:51
Żiżż: Met’ għidtlek “ejja nieqfu” kemm kien żball kbir! Kor: Żball kbir! Żball kbir! Żball kbir! Żiżż: Kieku nista’ ndawwar lura l-ħin. Kor: Iddawwar lura l-ħin. Żiżż: Kieku naħdem mod ieħor, forsi aħjar. Kor: Taħdem forsi aħjar! Żiżż: Ma kontx nagħmel l-iżbalji illi għamilt. Kor: Tard wisq! Tard wisq! Tard wisq! Żiżż: Li ma kontx chill biżżejjed. Kor: Żball kbir! Żiżż: Ma kontx inħossni biżżejjed. Kor: Żball kbir! Żiżż: Li nqtajt minni nnifsi. Kor: Żball kbir! Żiżż: Inti biss kont teżisti. Kor: Żball kbir! Żiżż: Nimxi fuq ponot subgħajja. Kor: Żball kbir! Żiżż: Ftit inżul u ħafna … daħk Kor: Clever! Żiżż: Xebgħa training għal ġismi Kor: Żball kbir! Żiżż: Mbagħad għejjejt lili nnifsi. Kor: Żball kbir! Żiżż: Nara bdejt kollox ikrah. Kor: Żball kbir! Żiżż: U bdejt naħseb li nitlaq. Kor: Żball kbir! Żiżż: U għidtlek “ejja nieqfu”. Xi żball! Xi żball! Kor: Kemm tiflaħ tkun baħnan!
4.
Chips 03:05
Chips, dalwaqt sebgħa u ħamsin Alla jbierek! Altru milli taħsiblu għall-Imgieret! Iż-żelu illi għandek għall-ħajja! Chips, m’għadhomx jagħmluhom bħalek ta’ stoffa! Don Giovanni ‘żda qalil daqs James Hoffa! Kemm garajtu boltijiet it-tarzna! Chorus: Tikber u tisbieħ, tikber u tiblieh, donnok qatt ma tixjieħ! Rajtek li qiegħed timmansa, iġġilidt ġlieda tajba. U taf fejn inti sejjer. Chips, int bħali fuq li tħobb tonfoq ‘l Alla; Kenuri, roti u parafernalja, U xorta sew rabbejt il-familja. Chips, kemm nixtieq illi kont raġel bħalek; Preżenti, deċiż u rari jarralek. Mhux ta’ b’xejn jiġġennu fuqek in-nisa! Chorus: Tikber u tisbieħ … Kemm int tal-ostja! Chips, tgħid li għandek tgħid mingħajr ma tomogħdu! Tistqarr illi jdejquk ħafna l-Brodu. Xebgħa tqanżiħ u qrid f’kanzunetti. Int tħobb is-solos sbieħ u ilħna perfetti. U niggustak ittini l-pariri, u fl-istess nifs titnejjek bija; wiċċ vili! Għidtli “li m’għamiltx ta’ tmintax tagħmlux issa. ‘Flok tagħmel komma aħjar tmur tixtri xi libsa!” Kemm dħakt bija meta lbist ix-shorts roża! Għidtli “tagħmilx bħall-massa, u tkunx mogħża!” Nagħmel li tagħmel int il-bajd qatt ma kelli. Tgħum għarwien Irdum id-Delli.
5.
Illum għidtli biċ-ċar li għalina m’għadx hemm ċans. Naf illi nqastek, kont tan-nejk. Esaġerajt, imbagħad ċedejt, kemm jien bla bajd! Diżappunt għalik u għalija. Nixtieq noħlom ftit ieħor b’did-diska. Chorus: Meet me in outer space - I wanna lie next to you. Sibni fl-univers - nixtieq nerġa’ nimtedd maġenbek. Fl-imwarrab, fid-dlam, madwarna qed jinbħu l-klieb. Int iżżommli jdejja - inżommlok idejk. Minn fuq l-irdum, frak jixgħel is-smewwiet. Għal dejjem miegħek jien xtaqt inkun. U fehemtni li hemm fuq nerġgħu insibu lil xulxin. Chorus: Meet me in outer space - I wanna lie next to you. Sibni fl-univers - nixtieq nerġa’ nimtedd maġenbek. En el cosmos buscame - quier’ accostarme a tu lado. Kutass fel mindenhol, szeretnék melléd feküdni. Kutass fel mindenhol, szeretnék melléd feküdni En el cosmos buscame - quier’ accostarme a tu lado.

about

Bambinella ġie rrekordjat fil-bidu tas-sena 2021 ġewwa Temple Studios, l-Mistra, MALTA

Produzzjoni, recording, mixing u mastering: David Vella (megħjun minn Alistair Abela)

Kliem u mużika: Brodu

Il-Brodu huma:

Zizzkus - Vuċi, Kitarra
El Fre - Bass
Drinkus - Kitarra elettrika
Chriskus - Drums
Samuel "El Kuġin" Attard - Pjanu u Synths

Backing vocals: Fiona Camilleri

Xogħol preparatorju għall-istudio: Samuel "El Kuġin" Attard

Disinn tal-qoxra: Martin Gafa'

Qari tal-provi: Erica Schembri / David Schembri

credits

released October 13, 2021

Ħajr lil Baħrija Productions Ltd. u lill-familji tagħna tal-paċenzja li jieħdu bina.

Il-melodija tar-recorder f'Neoprene iddedikata lil Nadine Axisa u Oliver Degabriele.

Bambinella:
Arranġament tal-vjolini u l-flugelhorn: Veronique Vella
Vjolini: Nadia Debono
Flugelhorn: Sean Borg

Żball kbir:
Kor: Noemi Deulofeu Blanche, Fiona Camilleri

Fl-Univers maġenbek:
Ukulele: Audrey Mifsud
Jingle bells: Noemi Deulofeu Blanche
Kor: Fiona Camilleri, Noemi Deulofeu Blanche, Eleanor Mifsud, Audrey Mifsud

license

all rights reserved

tags

about

Brodu Marsa, Malta

Brodu is a five piece alternative rock band from Malta, started by Mark "iz-Żizza" Abela in 2011.

Brodu released "Ħabullabullojb" (2014), "Tfejt" (2017) and the single "Intimita'" (2018)

Brodu are: Mark Żizza Abela, id-Drinu, il-Fre, Samuel Attard, Chris Mallia
... more

contact / help

Contact Brodu

Streaming and
Download help

Redeem code

Report this album or account

If you like Brodu, you may also like: