We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

Kusksu Clan

by Brodu

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    Purchasable with gift card

      €10 EUR  or more

     

1.
Kont miexi Birkirkara San Pawl, it-triq tal-wied Bdejt nisma’ ħafna storbju Fejn is-soltu jkun hemm kwiet Il-kurżita’ għelbitni, ridt nara x’ il-mniefaħ haw’ Il-kung fu w il-karati sibthom jien qed jittrenjaw Jgħajtu u jgħamlu l-mossi għax veru bulijiet Min jiġġieled b’idu miftuħa u min jgħaqqad il-ponnijiet Kemm bdew l-idejn jitferfru! Kemm bdew jogħlew saqajn! Tal-black belt jgħajjat magħhom, x’irid? Jisma’ il-KIJAJ!!!! Kung fu! Karati! Kung fu! Karati! Jamem! Jamżuki! Mawetta ġxu tanuki Ħuss! Ħa! Beda’ jdawwar il-ktajjen, bil-lembubi kemm kien smart! X’uħud jogħlew mas-saqaf, u oħrajn jissabbtu mal-art. Min jittrenja l-blocking, min jittrenja l-kicks, min beda’ l-injam jaqsam, min beda’ jfarrak il-bricks! Kulħadd jgħajjat u jwerżaq! X’mossa jaf kif inhi. Min il-big boss jistħajlu, min jistħajlu Bruce Lee. W għallmuni d-daqqiet ngħati, daqqiet qishom tal-azzar, għax noqtol bil-leminija w bix-xellugija għall-isptar! Kung fu! Karati! Kung fu! Karati! Jamem! Jamżuki! Mawetta ġxu tanuki Ħuss! Ħa! Ħuss! Ħa! Ħuss! Ħa! Ħuss! Ħa! Ħa! Ħa! Ħa! Ħa! Ħa! ĦA!!!
2.
Zizza: Min jiena? Min inti? X’se nitrattaw f’dil-kanzunetta? Nistgħu nitkellmu dwar elf ħaġa; mil-gwerra bierda sal-furfiċetta, jew dwar Ċetta, il-Volkswagen Jetta, jo l-katarretta f’għajn il-leminija ta’ Netta. Ili naħseb x’għandha tkun it-tema, ‘mma li jgħodd hu l-groove! Dwar suġġett ma nafx…in-newroni mħabbla qishom kobba suf, imm’ ara r-ritmu xi sbuħija!! Kollox jaqa’ f’postu qishom il-pistons ta’ ferrovija! Ejja nħallu s-sens tal-kliem fil-ġenb u niffukaw fir-ritmu li qed jintiseġ qisha xkora tal-hemp, bil-Malti qanneb, w jekk ‘ed tismagħna w dejjaqnik id-diska qalleb, ibdel il-band, u jekk tassew qabżitlek qum u agħmel handstand. U issa ninterpella l’ Peklektru; fin fin jgħaddi mar-ritmu qisu spettru minn ġol-ħajt, u jekk nieħu over u ma ntihx spazju, naraha naqra taċ-ċajt. Ti tu parititero / Ti tu pari titero Peklektru: Haw’ Zizza, ħa jkolli nibda’ bil-fehma li diska f’dil-vena għandu jkollha tema. Kif jista’ jkun inħarbxu kelmtejn, jew mitejn, u ngħidu ħafna w fl-istess nifs ma nkunu għedna xejn? Għajb għalina jekk din l-istedina li nżerżqu mar-rima tagħlima nħalluha tgħaddina! Qisek qed tgħidli Danjeli ġej Malta għall-Milied u mhux se jtina p…..arty, u dina għal dawk bil-għatx għal messaġġ arah ġej iqattar l-għerf qisu bozza tal-elf ….mitfija…. Ijja għax il-baxx tost wisq! X’gost fih Chalee irranġana għall-frisk! Mela mument ta’ silenzju, għal dan in-narratur, forċina jakkumpanja l- strumenti jfaqqgħu ritmu tant cool. Għax il-punt jekk ma ntbaħtux hu li l-groove jitkellem aqwa meta l-groove jitkellem waħdu hux! Ti tu parititero / Ti tu pari titero Żdong Wesq: Haw’ Żiż, isma’ naqa’ l-brodu x’naqa’ G Funk faqqgħulna! Ejja naqa’ l’haw’ araw intomx se tagħmlu din bħalna! Rimi laqqas jagħmlu sens imma Kus kulħadd qisu jgħidlek imma “ijwa hemm sens” daqs li kieku hemm Sens(imina) fid-disgħinijiet (kont għadek fjuuraa) warrab naqa’ l’hemm jibqgħu jitremblu l-istess affarjiet. Nifs -il ġewwa, nifs -il barra!! Tuppa riti ttero! Ssa! Ara naqa’ kif ‘ed nixxejru! Mingħajr ma jibgħatuna (nixxejru), jilgħabuha li aqqas jafuna! Tuppa rititeru, nippruvaw nagħmlu diski li jibqgħu jinstemgħu wara li nitmermru. W il-ħaġa tibqa’ iktar muħġaġa, għidli naqa’ din l-imniefaħ logħba kif trid tilgħabha? Għax inkella tintlagħab!! Żgidi! Ħaġa muħġaġa. U hekk nispiċċaw trab. Ti tupa’ rititero X’illostra tkun dil-kelma, dit-ti tupa’ rititero? Kelma stramba immens! Ma tgħamilx sens. Mhux nifhem jien. Mhux tifhem inti. Danjeli: Haaaaaaaaaw’ Żiżża xi trid?? Aqbad il-kitarra u doqqilna ftit. Nieħdu tazza te, jew kikkra nbid, jew flixkun, jew gallun ….ara int xi trid! Ser ngħidlek kelma t’iblah u mhux tal-għorrief: Il-ħajja kulha f’daqqa u tagħmel xejn ħlief….tniiik! Jew insomma li trid. Kemm għat-telgħa, kif għan-niżla, ħu kollox ftit ftit, jew ħu t-Tupparitteru! Agħmlu mal-ħobż, tajjeb kemm mad-diqa, mal-ferħ u mal-gost. Tupparitteru! Kelma bla sens; ngħidha bil-qalb kollha għax inħobbok immens! Tupparitteru! Diska għall-gost! Minkejja l’għandna x’nagħmlu għal kollox hemm post. Tupparitteru! Kontra l-ambjent, il-bebbuxu wisq malinju trid toqogħdlu attent!!!
3.
Zizza: Irrid nibqa’ iblah, ma rridx nikber. L-unika espansjoni f’żaqqi għax nismen. Tini s-synthesizers, ir-Rhodes tad-Delli, pedali kull kulur; ġugarelli. Il-kont fil-bank dejjem iqarreb lejn iż-żero. La mmutu flus mhux ħa nieħdu magħna veru? Forsi wieħed jgħid dan atteġġjament infantili. Forsi suppost naf aħjar wara tant mili. Ġriewi mhux se nrabbi, għandi bżonn min irabbini, għandi bżonn tmiegħ bl-imgħarfa, xi ħadd li l-ħalib6 jisqini. Kemm hi kkumplikata l-ħajja illi ngħixu fiha! “Żommha sempliċi” Eħe, iktar faċli tgħidha minn tgħamilha! Le ma rridx nixrob kafe’ morr tal-Ġimgħal-kbira, agħmlu iswed tnejn zokkor, bl-aniżetta ħa nerħilha nħarbex xi ħaġa għal din il-kanzunetta fqira, qisha s-soppa tal-armla jo t-toqlija. Kusksu clan - madwar il-mejda niżfnu Ma’ sħabna Indri, Mario u Vishnu Kusksu clan - haw’ kamp tal-ferħ u l-għaqda Iġbed siġġu l’haw’ u kul magħna Peklektru: X’irrid? Irrid nisma’ l-bass u l-beat, u forsi nżid xi qatra iktar f’dit-tazza nbid. Affarjiet żgħar, affarjiet kbar bħal kliem ta’ ħsieb bejn il-ħbieb x’nixtarr. Nistqarr ma rridx żjarat l-isptar, kurrenti vjolenti, dulluvju imrar, għal ftit, imqar sa ma nasal id-dar, intajjar iċ-ċpar u nista’ nerġa nibda nara ċar. Nieħu aperittiv! Lesti diġestiv! Nisbaħ kmieni xorta meta nkun bil-leave. Inkun produttiv. Indoqq xi riff kattiv jew inċaqċaq ir-reggae ma’ bass line kbir u kif! Irrid noqgħod nikkummenta u nilgħab bil-kliem, insolvi l-wordle f’waħda forsi kull erba’ t’ijiem. Irrid ingawdi l-bużullotti tal-Baba’ u t-Totti u ngħożż kull sekonda biż-żgħira togħxa f’ħoġri. Kusksu clan - fl-emblema tagħna l-werqa randa Suldati tal-azzar taparsi banda Kusksu clan - aktar paroli w inqas xogħol, aktar ħlewwa minn morr, u jekk imtaqqal ngħinuk iġġorr! Peklektru: Isma’ Drin, isma’ din: driin driin l-iżvejlarin qed jerġa juri l-ħin ħażin. F’ħakka t’għajn għaddiet kwarta, siegħa wara għaddew is-snin, kull ma jmur il-ħajt isir mużajk bis-santi tal-mejtin. Ma rridx naħli l-ħin f’xi ħmerija papali, idjoziji burokratiċi statali u regoli banali. Nixtieq imma għal darba naqbad dirett “jekk trid tkompli bil-Malti”…qabbad sigarett. U isma’ sittin darba l-istess loop tas-sinfonija, isma’ sittin darba l-istess loop tas-sinfonija, stenna sittin darba sa ma tinqered bl-istennija u ijja mank għal darba nġibha żewġ mal-bank! Noħlom b’dinja ġusta, dinja aktar onesta, dinja lesta tkun prudenti u tigglorifika s-siesta. B’imnieħri fil-ħamrija naħsad il-ful, is-saħħa, ir-risq u l-hena ma’ platt kusksu!
4.
Sal-Ġister 02:35
5.
Ħafna karozzi ġejjin l’hawn u l’hemm Karozzi lil hawn, u l’hemm, lil hawn Tgħaddi Ford Escort armata / qalbi żarmata / il-ħġieġ bit-tinted / moħħi meta tgħidli x’inti u ma nifhmekx. Bil-lajma l-Honda 70 / jien inkoerenti, int anzjuża / il-Hayabusa jgħaddi mqaċċat qisu l-weekend / qalb’ jien imperfett. L-Isuzu kif jifga l’Alla / inniżżel u ntalla / riħ it-Toyota u jien bir-rota mitluf f’moħħi, naqdef u mhu qed nasal imkien. Trakk iteptipli biex naqsam / għadni mwaħħal / ġgant ġentili / f’riġlejja l-mili imma qalbi donnha għadha bir-running in. Fuq id-dashboard santa u sigaretti, nitfa’ s-cd tal-Violets u nsuq bl-autopilot, fej’ sejjer? X’gost imwaħħal nisma’ d-diski! Karozzti santwarju, ittini wens daqs posta rużarju. Tal-Bolt jaqlagħni minn ġewwa / fik il-ħlewwa / kif iħassarli demmi / int tfakkarni rrid inħobb u nkun fil-verita’ mhux ngħix gidba / il-qaħbeċ il-Mercedes x’rikba! Maħrub tat-taxi daqs li kieku m’hemmx għada. Skoda mhux Lada / Jeep bit-turisti / mhemmx Frisky, mhemmx whiskey, tkunx grixti, irsisti biex titla’ minn isfel! / Inħares madwari; min jidħak, min jiżbel. Fuq id-dashboard santa u sigaretti, nitfa’ s-cd tal-Violets u nsuq bl-autopilot, fej’ sejjer? X’gost insuq u nisma’ d-diski! Karozzti santwarju, ittini wens daqs posta rużarju. Dejjem attenzjoni u kollox sew 👍 Iqaċċat is-sub, il-pjanċi jitregħdu. It-Top of the world, iż-żgħażagħ jitnegħdu. Tini il-fond. Il-Mustang u d-Dodge, Amerikanata. Kif qlajtu il-horn wara x-xalata. Tini il-fond. Is-sunroof tal-Porsche biex sidha igawdi. Baxxuti mal-art; Mercedes u Audi. Tini il-fond. Ir-riħa ta’ smoke; Volkswagen bil-fjuri. Il-Bedford J Type; niċċa bid-Duluri. Tini il-fond. Tini V8 fuq il-Cosworth tal-Ingilterra, agħtini d-dritta fit-triq għax naqla’ gwerra, tini t-turbo fuq Glanza li jiftaħ wara elfejn, agħtini n-nitro Ħal Far imma fit-triq m’hemmx għalfejn. Tini pjanċa ppersonaliżżata, agħtini carcade u ħallini naħraq horn wara x-xalata. ‘Tin Vitz kollha sadid ħa taqa’ biċċiet, ħa taqa’ biċċiet, m’hemmx inkwiet! Fuq id-dashboard santa u sigaretti, nitfa’ s-cd tal-Violets u nsuq bl-autopilot, fej’ sejjer? X’gost insuq u nisma’ d-diski! Karozzti santwarju, ittini wens daqs posta rużarju.
6.
7.
Dejjem trid taħseb fil-veloċita’ tal-qalb. Dejjem trid taħseb fil-veloċita’ tal-qalb fit-talb. Aħjar tajjeb milli ħażin. Dejjem aħjar tajjeb milli ħażin. Ħażin tajjeb mhuwiex ħażin. Ġieli l-ħażin tajjeb mhuwiex ħażin. Għażżien tajjeb mhuwiex ħażin. Ġieli għażżien tajjeb mhuwiex ħażin. Naf illi taf. Naf li taf li tough love. Dejjem trid taħseb fil-veloċita’ tal-qalb. Aħjar tajjeb milli ħażin. Dejjem aħjar tajjeb milli ħażin. Dejjem trid taħseb fil-veloċita’ tal-qalb fit-talb. Ħażin tajjeb mhuwiex ħażin. Ġieli l-ħażin tajjeb mhuwiex ħażin. Farka żgħira għalik dinja tagħmel / żomm il-linja ħajja bejn il-qalb u l-fomm. Naf illi taf, naf illi taf li tough love. Ijja naf insejt! A holiday in the sun.
8.
Kus ajjut qed nitlef il-fil, se niftaħ qalbi miegħek, rasi fuq spallejk immil. Kus ikkalma, ħa l-lighter qabbad ħa tara fid-dalma, trakka ftit imbagħad erġa’ salpa. Ta’ spiss jiġrili li nitħawwad. Minn mindu t-tramuntana fuq il-boxxla nbidel kelli ndawwar. Iddawwar kemm iddawwar l-aqwa li b’saħħtek mhux imħassar,mhux imnawwar. Le minn daqshekk m’għandix x’ingerger, armajn erbgħin u għadni nferfer. Sieħbi tax-xogħol jgħidli li baħnan, li aljenat, li mhux ankrat, li wisq ferħan, li ħsiebi fil-frugħa, nehda bil-bluha, qisni ġifen bla kaptan. Dun Karm għallimna; jiswa’ biss li jkollok qalbek f’postha. Id-dinja tgħallmek: l-importanti ġid ikollok bosta. Jimpurtani biss li nkun fil-verita’; m’għadux żmien il-”mhux xorta”. In-natura tiġbidni f’direzzjoni, ma nafx, moħħi u qalbi maqsuma. ‘Qas fuckin’ temmen qisha nasba ppjanata għalija maħsuba. Xi drabi naħseb li fhimt kollox, ħajti slalom qisha s-sax ta’ Coltrane… l-iċken intopp narbula, ninduna li assolutament ma fhimt xejn. L-imfixklin, l-imtajrin, b’qalb tad-deheb bħal tal-bambin. Nibqgħu żgħar, ma nikbrux, ħwejjeġ kbar ma nipretendux. Sold taħt rasna m’għandniex. Bil-mużika għamilna buqxiex. U l’ min tafu tistaqsix għalih! In-nies jagħrfuh għax jafuh imma nsuh! Ruħu għajjiet, qalbu maqsuma, moħħu mifqugħ! Li kien kien, li sar sar, insib ruħi waħdi d-dar neħli l-ħin niċċassa lejn l-ixkaffar. Insiha għax spiċċajt tħassart qisek lumija. Me nefregiżmu jew qlubija? Ritratti, tpinġija. Qlajt daqqa ta’ karozza, tirt minn fuq il-mutur, mill-wheelchair għall-krozzi tmintax -il jum. Ma stajtx niġi fuq saqajja, fil-whiskey sibt il-faraġ. Għamilt xeba’ pudini u frejjeġ. Ma tafx, bla skop, u ħadd ‘isu ma beda’ jifhimni ħlief itini pirmli fuq pirmli, pirmli fuq pirmli. Kus cliche imma d-deheb jindaf fin-nar, ma tgawdix ħelu jekk ma tkunx doqt l-imrar. Vera imm’ issa l-maltemp għadda u ilu, ix-xemx ġabitni f’posti Kus mela erħilu! Ipprova mmedita, sib ħin għall-kwiet, tinqatax waħdek, iġri ġirja, aqra’ xi ktieb. Ibqa’ obżoq ir-rap qishek qed tobżoq il-katarru, mewweġ, tmewweġ, inħass, ħoss, trabbix kallu. Mela Kus! Issa li ġejt fuq saqajja, id-divina għall-ħajja l-għatx reġgħet tatni, ingawdi kull mument li l-ħajja fdatli, u grazzi lil familti u kull min baqa’ f’ħajti! L-imfixklin, l-imtajrin, b’qalb tad-deheb bħal tal-bambin. Nibqgħu żgħar, ma nikbrux, ħwejjeġ kbar ma nipretendux. Sold taħt rasna m’għandniex. Bil-mużika għamilna buqxiex. U l’ min tafu tistaqsix għalih!
9.
Ma nafx x’irrid insib, ma nafx x’illostra qed infittex. Fit-triq, fiż-żlieq, ħsiebek f’moħħi, f’widinti jtextex. Jaqilbu l-lights, il-kafejina qed tikkarga fid-demm. Mitluf ingemgem, ħsieb illi jtemtem, inħoss qilla ma’ dahari taqlagħni tvenven. Taħkimni fewġa ta’ rabja, nidgħi minn qalbi, nirrejżja l-magna. Infur b’mibegħda, bi ħdura, bhima di natura. Mhux ta’ b’xejn għandna ħafna vjolenza, dina storja tremenda! Mhux ta’ b’xejn għandna ħafna vjolenza, dina storja mmensa! Nugrufun imqaddes, dulur, duħħan aħħari. Dix-xbiha antika ħafna għadha tħares lejn ix-xagħri. Sitt’ elef penitenza, apostrofu, sentenza. Is-swied tiela minn qalbi u mhux noffri reżistenza. Orqod sielem f’dil-medda peprin Ħelu żiżi ħaddejk bellusin Il-kozz t’għonqok kolonna fl-irħam Jgħaddi d-dawl Noqgħod ftit fil-kċina ta; jeħtieġ illi nitrejjaq. Misħun ta’ ħsibijieti ma’ kuċċarina dwejjaq. Nitmiegħek u nitkaxkar, feriti lesti għar-riħ. Kemm tagħti kunfidenza t-tisripa tal-uġiegħ! Nugrufun imqaddes, dulur, duħħan aħħari. Dix-xbiha antika ħafna għadha tħares lejn ix-xagħri. Sitt’ elef penitenza, apostrofu, sentenza. Is-swied tiela minn qalbi u mhux noffri reżistenza. Torqod sielem f’dil-medda peprin Ħelu żiżi ħaddejk bellusin Il-kozz t’għonqok meravilja tpaxxik Dritt bħal xemgħa f’kolonna skolpit L-arja kiesħa li l-firda ġġib F’din in-nixfa in-nida tisqik Mewġa tofrogħ Mewġa timla Qatt u qatt f’qalbek tbejjet Erħi, ħfief, ibqa’ sejjer
10.
Nagħmel li ma rridx Se jkolli nagħmel dak li ma rridx Ħares lejja nkun straight Daqshekk tidwir għaliex issa għajjejt Inix nagħmel sewwa? Inix nagħmel sewwa? Għandi moħħi mċajpar illum. Qed nagħmel li rrid. Qed nagħmel dak li ma rridx.

about

Produzzjoni, recording, mixing u mastering ta' David Vella
Temple Studios - Malta - 2022 u 2023
Megħjun minn Alistair Abela
Recording ta' Danjeli sar mingħand David Schembri fid-dar tiegħu.

Disinn tal-qoxra: Annie u Chris Lee
Ritratti: Annie bis-sapport ta' Gaby
Polaroids: David Schembri

Ħajr:
Maria Sammut, David Schembri, David Vella, Alistair Abela, Patrick Galea, Żdong Wesq, Danjeli, ic-Chalee, Akash u l-Maltapost, Antonio Tufigno, Tino, Gaby, Annie, Noemi Deulofeu Blanch.

Ħajr lill-familji tagħna li tissapportjawna fil-passjoni tagħna għall-mużika.
Ħajr lilkom li tiġu l-gigs u ttuna l-imħabba. XX

Nixtiequ nfakkru l-memorja tal-għażiż tagħna Andrew Schembri; nimmissjawh qatigh!!

credits

released April 19, 2024

Brodu huma:

Fiona Attard (kant)
Chris Lee (drums + kant)
Drinu (kitarra + kant)
Fre (bass + kant)
Samuel Attard (keys + kant)
Zizza (kitarra + kant)

license

all rights reserved

tags

about

Brodu Marsa, Malta

Brodu is a five piece alternative rock band from Malta, started by Mark "iz-Żizza" Abela in 2011.

Brodu's next release will be a 10 track album called Kusksu Clan in 2024

Brodu are: Mark Żizza Abela, id-Drinu, il-Fre, Samuel Attard, Chris Mallia
... more

contact / help

Contact Brodu

Streaming and
Download help

Redeem code

Report this album or account

If you like Brodu, you may also like: