We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

Kusksu Clan [feat. Peklektru]

from Kusksu Clan by Brodu

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    Purchasable with gift card

      €1 EUR  or more

     

about

feat. Peklektru

lyrics

Zizza:
Irrid nibqa’ iblah, ma rridx nikber. L-unika espansjoni f’żaqqi għax nismen.
Tini s-synthesizers, ir-Rhodes tad-Delli, pedali kull kulur; ġugarelli.
Il-kont fil-bank dejjem iqarreb lejn iż-żero. La mmutu flus mhux ħa nieħdu magħna veru?
Forsi wieħed jgħid dan atteġġjament infantili.
Forsi suppost naf aħjar wara tant mili.
Ġriewi mhux se nrabbi, għandi bżonn min irabbini, għandi bżonn tmiegħ bl-imgħarfa, xi ħadd li l-ħalib6 jisqini.
Kemm hi kkumplikata l-ħajja illi ngħixu fiha!
“Żommha sempliċi”
Eħe, iktar faċli tgħidha minn tgħamilha!
Le ma rridx nixrob kafe’ morr tal-Ġimgħal-kbira,
agħmlu iswed tnejn zokkor, bl-aniżetta ħa nerħilha
nħarbex xi ħaġa għal din il-kanzunetta fqira,
qisha s-soppa tal-armla jo t-toqlija.

Kusksu clan - madwar il-mejda niżfnu
Ma’ sħabna Indri, Mario u Vishnu
Kusksu clan - haw’ kamp tal-ferħ u l-għaqda
Iġbed siġġu l’haw’ u kul magħna

Peklektru:
X’irrid? Irrid nisma’ l-bass u l-beat, u forsi nżid xi qatra iktar f’dit-tazza nbid.
Affarjiet żgħar, affarjiet kbar bħal kliem ta’ ħsieb bejn il-ħbieb x’nixtarr.
Nistqarr ma rridx żjarat l-isptar, kurrenti vjolenti, dulluvju imrar, għal ftit, imqar sa ma nasal id-dar,
intajjar iċ-ċpar u nista’ nerġa nibda nara ċar.
Nieħu aperittiv! Lesti diġestiv! Nisbaħ kmieni xorta meta nkun bil-leave. Inkun produttiv. Indoqq xi riff kattiv jew inċaqċaq ir-reggae ma’ bass line kbir u kif!
Irrid noqgħod nikkummenta u nilgħab bil-kliem, insolvi l-wordle f’waħda forsi kull erba’ t’ijiem. Irrid
ingawdi l-bużullotti tal-Baba’ u t-Totti u ngħożż kull sekonda biż-żgħira togħxa f’ħoġri.

Kusksu clan - fl-emblema tagħna l-werqa randa
Suldati tal-azzar taparsi banda
Kusksu clan - aktar paroli w inqas xogħol, aktar ħlewwa minn morr, u jekk imtaqqal ngħinuk iġġorr!

Peklektru:
Isma’ Drin, isma’ din: driin driin l-iżvejlarin qed jerġa juri l-ħin ħażin. F’ħakka t’għajn għaddiet kwarta, siegħa wara għaddew is-snin, kull ma jmur il-ħajt isir mużajk bis-santi tal-mejtin.
Ma rridx naħli l-ħin f’xi ħmerija papali, idjoziji burokratiċi statali u regoli banali.
Nixtieq imma għal darba naqbad dirett “jekk trid tkompli bil-Malti”…qabbad sigarett.
U isma’ sittin darba l-istess loop tas-sinfonija, isma’ sittin darba l-istess loop tas-sinfonija, stenna sittin darba sa ma tinqered bl-istennija
u ijja mank għal darba nġibha żewġ mal-bank!
Noħlom b’dinja ġusta, dinja aktar onesta, dinja lesta tkun prudenti u tigglorifika s-siesta.
B’imnieħri fil-ħamrija naħsad il-ful, is-saħħa, ir-risq u l-hena ma’ platt kusksu!

credits

from Kusksu Clan, released April 19, 2024
mużika u lirika tal-Brodu + Patrick Galea

license

all rights reserved

tags

about

Brodu Marsa, Malta

Brodu is a five piece alternative rock band from Malta, started by Mark "iz-Żizza" Abela in 2011.

Brodu's next release will be a 10 track album called Kusksu Clan in 2024

Brodu are: Mark Żizza Abela, id-Drinu, il-Fre, Samuel Attard, Chris Mallia
... more

contact / help

Contact Brodu

Streaming and
Download help

Redeem code

Report this track or account

If you like Brodu, you may also like: