L​-​imfixklin (haw' kus) [feat. Żdong Wesq (STT​)​]

from Kusksu Clan by Brodu

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    Purchasable with gift card

      €1 EUR  or more

     

lyrics

Kus ajjut qed nitlef il-fil, se niftaħ qalbi miegħek, rasi fuq spallejk immil.
Kus ikkalma, ħa l-lighter qabbad ħa tara fid-dalma, trakka ftit imbagħad erġa’ salpa.
Ta’ spiss jiġrili li nitħawwad. Minn mindu t-tramuntana fuq il-boxxla nbidel kelli ndawwar.
Iddawwar kemm iddawwar l-aqwa li b’saħħtek mhux imħassar,mhux imnawwar.
Le minn daqshekk m’għandix x’ingerger, armajn erbgħin u għadni nferfer. Sieħbi tax-xogħol
jgħidli li baħnan, li aljenat, li mhux ankrat, li wisq ferħan, li ħsiebi fil-frugħa, nehda bil-bluha,
qisni ġifen bla kaptan. Dun Karm għallimna; jiswa’ biss li jkollok qalbek f’postha. Id-dinja
tgħallmek: l-importanti ġid ikollok bosta. Jimpurtani biss li nkun fil-verita’; m’għadux żmien
il-”mhux xorta”. In-natura tiġbidni f’direzzjoni, ma nafx, moħħi u qalbi maqsuma. ‘Qas fuckin’
temmen qisha nasba ppjanata għalija maħsuba. Xi drabi naħseb li fhimt kollox, ħajti slalom
qisha s-sax ta’ Coltrane… l-iċken intopp narbula, ninduna li assolutament ma fhimt xejn.

L-imfixklin, l-imtajrin, b’qalb tad-deheb bħal tal-bambin.
Nibqgħu żgħar, ma nikbrux, ħwejjeġ kbar ma nipretendux.
Sold taħt rasna m’għandniex. Bil-mużika għamilna buqxiex.
U l’ min tafu tistaqsix għalih!

In-nies jagħrfuh għax jafuh imma nsuh! Ruħu għajjiet, qalbu maqsuma, moħħu mifqugħ!
Li kien kien, li sar sar, insib ruħi waħdi d-dar neħli l-ħin niċċassa lejn l-ixkaffar. Insiha għax
spiċċajt tħassart qisek lumija. Me nefregiżmu jew qlubija? Ritratti, tpinġija.
Qlajt daqqa ta’ karozza, tirt minn fuq il-mutur, mill-wheelchair għall-krozzi tmintax -il jum. Ma
stajtx niġi fuq saqajja, fil-whiskey sibt il-faraġ. Għamilt xeba’ pudini u frejjeġ. Ma tafx, bla
skop, u ħadd ‘isu ma beda’ jifhimni ħlief itini pirmli fuq pirmli, pirmli fuq pirmli.
Kus cliche imma d-deheb jindaf fin-nar, ma tgawdix ħelu jekk ma tkunx doqt l-imrar.
Vera imm’ issa l-maltemp għadda u ilu, ix-xemx ġabitni f’posti Kus mela erħilu!
Ipprova mmedita, sib ħin għall-kwiet, tinqatax waħdek, iġri ġirja, aqra’ xi ktieb. Ibqa’ obżoq
ir-rap qishek qed tobżoq il-katarru, mewweġ, tmewweġ, inħass, ħoss, trabbix kallu.
Mela Kus! Issa li ġejt fuq saqajja, id-divina għall-ħajja l-għatx reġgħet tatni, ingawdi kull
mument li l-ħajja fdatli, u grazzi lil familti u kull min baqa’ f’ħajti!

L-imfixklin, l-imtajrin, b’qalb tad-deheb bħal tal-bambin. Nibqgħu żgħar, ma nikbrux, ħwejjeġ
kbar ma nipretendux. Sold taħt rasna m’għandniex. Bil-mużika għamilna buqxiex. U l’ min
tafu tistaqsix għalih!

credits

from Kusksu Clan, released April 19, 2024
mużika u lirika tal-Brodu + Żdong Wesq (STT)

license

all rights reserved

tags

about

Brodu Marsa, Malta

Brodu is a five piece alternative rock band from Malta, started by Mark "iz-Żizza" Abela in 2011.

Brodu's next release will be a 10 track album called Kusksu Clan in 2024

Brodu are: Mark Żizza Abela, id-Drinu, il-Fre, Samuel Attard, Chris Mallia
... more

contact / help

Contact Brodu

Streaming and
Download help

Redeem code

Report this track or account

If you like Brodu, you may also like: