We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

Ti tupa' rititero [feat. Peklektru, Żdong Wesq, Danjeli, i​ċ​-​Chalee]

from Kusksu Clan by Brodu

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    Purchasable with gift card

      €1 EUR  or more

     

about

feat. Peklektru, Żdong Wesq, Danjeli u c-Chalee

Id-diska bdiet minn riff tac-Chalee (ir-riff jazzy tan-nofs xogħol Charles Cassar).

Lirika tal: Brodu + Patrick Galea + Żdong Wesq + Danjeli + Charles Cassar

lyrics

Zizza:
Min jiena? Min inti? X’se nitrattaw f’dil-kanzunetta? Nistgħu nitkellmu dwar elf ħaġa;
mil-gwerra bierda sal-furfiċetta, jew dwar Ċetta, il-Volkswagen Jetta, jo l-katarretta f’għajn il-leminija ta’ Netta.
Ili naħseb x’għandha tkun it-tema, ‘mma li jgħodd hu l-groove!
Dwar suġġett ma nafx…in-newroni mħabbla qishom kobba suf, imm’ ara r-ritmu xi sbuħija!!
Kollox jaqa’ f’postu qishom il-pistons ta’ ferrovija!
Ejja nħallu s-sens tal-kliem fil-ġenb u niffukaw fir-ritmu li qed jintiseġ qisha xkora tal-hemp, bil-Malti qanneb, w jekk ‘ed tismagħna w dejjaqnik id-diska qalleb, ibdel il-band,
u jekk tassew qabżitlek qum u agħmel handstand.
U issa ninterpella l’ Peklektru; fin fin jgħaddi mar-ritmu qisu spettru minn ġol-ħajt,
u jekk nieħu over u ma ntihx spazju, naraha naqra taċ-ċajt.

Ti tu parititero / Ti tu pari titero

Peklektru:
Haw’ Zizza,
ħa jkolli nibda’ bil-fehma li diska f’dil-vena għandu jkollha tema.
Kif jista’ jkun inħarbxu kelmtejn, jew mitejn, u ngħidu ħafna w fl-istess nifs ma nkunu għedna xejn?
Għajb għalina jekk din l-istedina li nżerżqu mar-rima tagħlima nħalluha tgħaddina!
Qisek qed tgħidli Danjeli ġej Malta għall-Milied u mhux se jtina p…..arty, u dina għal dawk bil-għatx għal messaġġ arah ġej iqattar l-għerf qisu bozza tal-elf ….mitfija….
Ijja għax il-baxx tost wisq!
X’gost fih Chalee irranġana għall-frisk!
Mela mument ta’ silenzju, għal dan in-narratur, forċina jakkumpanja l- strumenti jfaqqgħu ritmu tant cool.
Għax il-punt jekk ma ntbaħtux hu li l-groove jitkellem aqwa meta l-groove jitkellem waħdu hux!

Ti tu parititero / Ti tu pari titero

Żdong Wesq:
Haw’ Żiż, isma’ naqa’ l-brodu x’naqa’ G Funk faqqgħulna!
Ejja naqa’ l’haw’ araw intomx se tagħmlu din bħalna!
Rimi laqqas jagħmlu sens imma Kus kulħadd qisu jgħidlek imma “ijwa
hemm sens” daqs li kieku hemm Sens(imina)
fid-disgħinijiet (kont għadek fjuuraa)
warrab naqa’ l’hemm jibqgħu jitremblu l-istess affarjiet.
Nifs -il ġewwa, nifs -il barra!! Tuppa riti ttero! Ssa!
Ara naqa’ kif ‘ed nixxejru! Mingħajr ma jibgħatuna (nixxejru), jilgħabuha li aqqas jafuna!
Tuppa rititeru, nippruvaw nagħmlu diski li jibqgħu jinstemgħu wara li nitmermru.
W il-ħaġa tibqa’ iktar muħġaġa, għidli naqa’ din l-imniefaħ logħba kif trid tilgħabha?
Għax inkella tintlagħab!! Żgidi!
Ħaġa muħġaġa.
U hekk nispiċċaw trab.

Ti tupa’ rititero
X’illostra tkun dil-kelma, dit-ti tupa’ rititero?
Kelma stramba immens! Ma tgħamilx sens.
Mhux nifhem jien. Mhux tifhem inti.

Danjeli:
Haaaaaaaaaw’ Żiżża xi trid??
Aqbad il-kitarra u doqqilna ftit.
Nieħdu tazza te, jew kikkra nbid, jew flixkun, jew gallun ….ara
int xi trid!
Ser ngħidlek kelma t’iblah u mhux tal-għorrief:
Il-ħajja kulha f’daqqa u tagħmel xejn ħlief….tniiik!
Jew insomma li trid.
Kemm għat-telgħa, kif għan-niżla, ħu kollox ftit ftit,
jew ħu t-Tupparitteru!
Agħmlu mal-ħobż, tajjeb kemm mad-diqa, mal-ferħ u mal-gost. Tupparitteru! Kelma bla sens;
ngħidha bil-qalb kollha għax inħobbok immens!
Tupparitteru! Diska għall-gost!
Minkejja l’għandna x’nagħmlu għal kollox hemm post.
Tupparitteru! Kontra l-ambjent, il-bebbuxu wisq malinju trid toqogħdlu attent!!!

credits

from Kusksu Clan, released April 19, 2024
miktuba mill-Brodu + Charles Cassar + Patrick Galea

license

all rights reserved

tags

about

Brodu Marsa, Malta

Brodu is a five piece alternative rock band from Malta, started by Mark "iz-Żizza" Abela in 2011.

Brodu's next release will be a 10 track album called Kusksu Clan in 2024

Brodu are: Mark Żizza Abela, id-Drinu, il-Fre, Samuel Attard, Chris Mallia
... more

contact / help

Contact Brodu

Streaming and
Download help

Redeem code

Report this track or account

If you like Brodu, you may also like: